Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2008

L-Ewwel Jum ta' Tridu: Marc tal-Homor u Lejla Belandista












Ritratti dwar il-marc tal-Banda Zejtun

Gillian Attard tkanta waqt il-Lejla Belandista
Ghadda wkoll l-ewwel jum ta' tridu, li filghaxija wara c-celebrazzjonijiet interni, kien imiss il-marc ta' l-Ghaqda Banda Zejtun. Il-marc beda fit-8:30pm minn quddiem il-kazin f'Misrah Girgor Bonici, u baqa' mixi lejn Misrah ir-Repubblika quddiem il-kazin tal-Beland, fejn qatghu siegha quddiem il-kazin ta' l-iljuni kkantaw marci u jqablu taqbiliet. Il-banda mistidna kienet il-'Queen Victoria' tal-Karmnu taz-Zurrieq. F'dan il-marc l-aktar li kien jiddominaw hu n-nar ta' l-ajru minn fuq il-bjut tal-kazin u d-dekorazzjonijiet ta' sorprizi. Wara li taz-Zejtun Band telqu minn quddiem il-kazin tal-Beland, il-Belandisti bdew Lejla Belandista fil-kazin, fejn fost l-ohrajn giet Gillian Attard tkanta ''Katarina Nhobbuk''.
Il-marc wara li tilaq mill-pjazza baqa' sejjer lejn ir-rahal t'isfel fosthom Triq il-Kbira, Misrah il-Bjar, Triq Santa Cecilja, Triq Villa Cagliares, Triq Taltas, Triq Bugharbiel, Triq Mikiel Cachia, Triq id-Duluri, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor, Triq Santa Monika u Triq il-Herba, sa kemm rega' wasal f'Misrah Girgor Bonici quddiem il-kazin. Il-marc spicca ghall-habta tal-11:30pm.

L-Erbgħa, 11 ta’ Ġunju 2008

Attivitajiet fil-Jiem ta' Tridu, Lejlet il-Festa u l-Hadd tal-Festa

Bdejna noqorbu lejn il-jum tant mistenni tal-festa. Fil-fatt illum beda l-ewwel jum ta' tridu. Dan huwa x'ha jigri fil-festa fil-jiem li fadal (ghall-jiem li diga' ghaddew tista' taraw x'gara fil-granet ikkoncernati mal-jum partikolari). Il-jum fit-tliet ijiem ta' tridu jibda bili jinharqu il-murtaletti fit-8:00am, imbghad ikun hemm sett iehor ta' murtaletti f'12:00pm.

L-Erbgha 11 ta' Gunju, 2008: Fl-ewwel jum ta' tridu jkun hemm Ghasar bil-Malti fis-6:00. Fis:6:30 quddiesa kantanta minn Dun Noel Camilleri, kappillan ta' Hal-Kirkop. Fis-6:30pm ukoll jibda l-kuncert generali miz-Zejtun Band. Illum imbghad imiss il-marc tal-homor, dan ha jibda fit-8:30pm madwar it-toroq tar-Rahal t'Isfel sa Triq il-Herba, biex wara jispicca quddiem il-kazin. Min-naha l-ohra illum il-Beland ikollhom Lejla Belandista fil-kazin mid-9:30pm san-12:30am.

Il-Hamis 12 ta' Gunju, 2008: Fit-tieni jum ta' tridu, ikun hemm kollox bhall-ewwel jum, izda quddiesa ccelebrata minn Dun Charles Attard, l-arcipriet taz-Zurrieq. Illum ikun imiss jerga' l-partitarji Belandisti biex jiddevertu billi jibda marc fit-8:30pm minn quddiem il-kazin u jispicca quddiem il-kazin ukoll fin-00:30am, permezz ta' nar sikronizzat minn fuq il-bejt tal-kazin. Iz-Zejtun Band ha jorganizzaw programm ta' muzika moderna mill-Big Band, waqt il-marc tal-Beland.

Il-Gimgha 13 ta' Gunju, 2008: Fit-tielet jum ta' tridu, min-naha tal-festi interni jigri l-istess kif sar fil-jiem ta' tridu ta' qabel, izda iqaddes Dun Albert Buhagiar, l-arcipriet tas-Siggiewi. U filghaxija fit-8:30pm jibda l-marc popolari tal-gimgha mill-Banda Zejtun minn quddiem il-kazin lejn it-toroq tar-Rahal ta' Fuq. X'hin il-marc jasal fil-venda ta' Sant' Ang ikun hemm loghob tan-nar ta' l-art u wara l-marc ikompli sa quddiem il-kazin biex jaghlaq il-jum b'nar sikronizzat minn fuq il-bejt tal-kazin. Mid-9:30pm san-12:30am fil-kazin tal-Beland ha jkun hemm Lejla Belandista ohra.

Fil-jiem kollha ta' tridu fl-9:45pm ikun hemm serata ta' loghob tan-nar mill-Ghaqda tan-Nar Zejtunija '25 ta' Novembru' fosthom beraq ikkulurit, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali tal-kulur.

Is-Sibt 14 ta' Gunju, 2008: Lejlet il-festa jibda billi fit-7:45am ikun hemm quddiesa tat-''Te Deum'' mill-Kanoku Dun Joe Abela. X'hin jispicca t-''Te Deum'' fit-8:30am tinharaq kaxxa nfernali spanjola u murtaletti. F'11:45 terga' tinharaq kaxxa nfernali spanjola u murtaletti. F'12:00 fil-kazin Beland ikun hemm ikla organizzata mis-sezzjoni Partitarji. Fl-4:00pm fil-knisja parrokkjali jibda l-qrar u fil-5:15pm quddies minn Dun Ang Seychell.

Fis-6:15 imbghad tibda t-translazzjoni tar-relikwa mill-Ispirtu Santu sal-parrocca. din tkun milqugha minn hruq ta' salut, kaxxa nfernali spanjola, murtali bil-loghob u murtaletti. Jerga' jkun hemm quddies ohra fis-7:30pm mill-Arcipriet Dun Eric Overend. Fit-8:3o jibdew marci qosra miz-zewg ghaqdiet tal-banda. U fid-9:30 jibda l-programm vokali u strumentali miz-zewg ghaqdiet tal-banda fuq il-pjancieri taghhom. Fl-9:45pm tibda wirja ta' loghob tan-nar mill-Ghaqda tan-Nar 25 ta' Novembru, li tkun tista' tidher sew mill-Pjazza Maggura, kif ukoll minn Triq Bormla. U wara li jintemmu l-attivitajiet kollha jibda l-loghob tan-nar ta' l-art fuq iz-zuntier ghall-habta tal-11:30pm.

Il-Hadd 15 ta' Gunju, 2008: Fiz-Zejtun il-jum tal-festa jkun mimli daqs bajda, tista' tghid li l-ebda festa ohra ma kollha daqsekk attivitajiet matul il-gurnata kollha. Bla waqfien ta' xejn mis-6:00am sa 12:00am. Fis-6:00am tibda quddiesa tas-Sejha ta' Sbieh il-Jum minn Dun Gino Gauci. Fis-7:00am ikun hemm quddies ta' Tifhir ta' Sbieh il-Jum minn Mons. Dun Karm Zammit u wara fit-8:00am l-istess quddies minn Mons. Dun Joe Carabott. Fit-8:00am jinharqu wkoll sett murtaletti. Fid-9:00am jibda l-Marc ta' Filghodu mill-Banda Zejtun li jdum sejjer sas-1:00pm. Fid-9:15am tibda l-quddies tal-festa minn Dun Mario Mangion, u wara l-Panigierku minn Mons. Guzeppi Farrugia, dak il-hin jinharqu murtali tal-loghob, settijiet ta' beraq ikkulurit u murtali bil-kulur, wara l-panigierku jkun hemm l-antifona u l-bews tar-relikwa. Fil-11:30am ikun hemm quddies ohra minn Mons. Lawrenz Mifsud. F'12:00pm jinharqu sett ta' murtaletti.

Imbghad fis-1:00pm waqt li jidhol il-marc taz-Zejtun Band, jibda l-marc ta' l-Ghaqda Muzikali Beland, il-Marc Popolari tas_Siegha, li ddum sejjer sal-5:15pm. Fil-5:15 ezatt wara l-marc tibda quddiesa minn Dun Gorg Spiteri. Fis-6:00 jibda l-Ghasar minn Patri Justin Schembri. Fis-6:00pm ukoll il-banda mistiedna mill-Ghaqda Banda Zejtun, li hi l-Banda Cittadina La Vallette, tibda marc minn Misrah Karlu Diacono saz-zuntier biex tilqgha l-hrug ta' Santa Katarina. Il-hrug tal-purcissjoni jibda fis-7:00pm fejn hawn inkun hawn hruq ta' salut, kaxxa nfernali spanjola u murtali bil-loghob. Fis-7:15 il-banda mistiedna mill-Ghaqda Beland, dik ta' Santa Marija tal-Qrendi tibda marc u wara taghmel programm fuq il-pjancier. Il-Banda Cittadina 'La Vallette' taghmel ukoll programm fuq il-pjancier taz-Zejtun Band. Barra dawn iz-zewg baned mistiedna jkun hemm banda mistiedna ohra mill-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru. Fid-9:15pm jinharqu murtali bil-loghob, settijit ta' beraq ikkulurit u murtali tal-kulur.

Ghall-habta tal-10:30pm tidhol il-purcissjoni, fejn l-ahhar bicca tat-triq tkun akkumpanjata mill-Banda Santa Marija tal-Qrendi. Waqt id-dhul ikun hemm wirja ta' kaxxa nfernali tal-kulur, beraq ikkulurit, murtali tal-kulur, sfejjer, blalen u disinni. Mad-dhul ta' l-istatwa jkun hemm antifona u barka sagramentali. Wara d-dhul il-membri ta' l-Ghaqda tan-Nar jigu jiringrazzjaw lil Santa Katarina u fil-pjazza jibda l-marc ta' l-ahhar mill-Banda Zejtun biex b'hekk tinghalaq l-festa tal-Patruna taz-Zwieten kollha.

It-Tieni Marc tal-Beland - It-Tlieta 10 ta' Gunju





















L-atmosfera festiva kull ma tmur qed tizdied gewwa z-Zejtun. Minn filghodu bdew jitqeghdu l-vari fuq iz-zuntier u fit-toroq tal-madwar. Illum peress li kienet 'Jum il-Familja' gie jiccelebra quddies l-Arcisqof Pawlu Cremona, fil-knisja parrokkjali.
Illum fit-8:30pm rega' beda t-tieni marc tal-Beland, din id-darba giet iddoqq il-banda mistiedna ta' San Guzepp ta' Hal-Ghaxaq. Il-marc beda miz-zona ta' Gebel San Martin ezattament fi Triq Guzi Abela, imbghad kompli l-mixja f'dawn it-toroq: Triq Dun Guzepp Theuma, Triq Mikiel Busuttil, Triq De Rohan, Triq Gebel San Martin, Triq l-Isqof Ferninand Mattei, Triq Toni Zahra, Wesghat l-Ghajn tal-Bhejjem, Triq San Klement, Misrah il-Bjar, Misrah Bandolier, Triq Sant' Antnin, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor sa ma wasal quddiem il-kazin f'Misrah ir-Repubblika. Illum il-briju fil-marc deher qed jizdied, anke' kien hemm izjed nies fil-pjazza ghal din il-festa. Il-marc dahal fil-11:30 wara li daqqew l-innu ta' Santa Katarina, fost ghajjat u qbiez ta' ferh, biex wara nharqet il-kaxxa minn fuq il-bejt tal-kazin.

It-Tlieta, 10 ta’ Ġunju 2008

L-Ewwel Marc tal-Beland - It-Tnejn 9 ta' Gunju, 2008
















Illum bdew il-granet ta' briju u ferh. Waranofsinhar ghall-habta tas-6:00pm numru sew ta' tfal u genituri Zwieten intaqghu fil-knisja ta' San Girgor biex ihejju ruhhom ghall-purcissjoni bl-istatwa z-zghir ta' Santa Katarina. Wara li kantaw 'Happy Birthday' lil Dun Gino, peress li ghalaq sninu, bdiet il-purcissjoni bis-sehem ta' l-iscouts, il-girl guides, l-abbatini, tfal, u nies ohra. Kien hemm atmosfera ta' ferh tul Triq San Girgor kollha, b'hafna tfal kemm subien u bniet jippruvaw imissu x-xorti li jerfghu lasta minn tal-vara fuq spalliethom. Il-purcissjoni baqghat sejra tal-Knisja Parrokkjali, fejn x'hin waslu l-pjazza kienet go domminata bil-kulur ahdar ghall-marc tal-Beland. Wara l-purcissjoni saret quddies ghat-tfal.



Imbghad tard filghaxija kien imiss l-attivitajiet tal-kazini. Fil-kazin taz-Zejtun Band, sar it-'Tigers Party'. Filwaqt illum kien imiss l-ewwel marc tal-Beland ukoll. Illum giet il-banda Santa Katarina taz-Zurrieq, biex tferrah il-partitarji Belandisti. Dan il-marc beda fit-8:30pm fiz-zona tal-Qasam tad-Djar ta' San Girgor. Il-marc beda minn hdejn il-knisja ta' San Girgor u ghadda minn dawn it-toroq: Triq id-Dahla ta' San Tumas, Triq il-Hobbejza, Triq Tursin il-Bir, Triq il-Giebja Rumana, Triq il-Marrubija, Triq Xeht il-Forom, Triq il-Fossa tal-Qamh, Triq il-Giebja Rumana, Triq l-Isqof Emm. Galea, Triq id-Duluri, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor u baqa' sejjer sa Misrah ir-Repubblika quddiem il-Kazin ta' l-Ghaqda Beland. Matul it-triq kollha kien hemm xi nies mixjin mal-marc, izda x'hin wasal Triq Santu Wistin folol kbar ta' nies inghaqdu kkantaw mal-marci u jaqbzu biex joholqu l-briju. Kien hemm diversi sorprizi passati fil-pjazza biex ikompli ssebhu l-atmosfera tal-marc fil-pjazza, fosthom diversi bnadar u bziezaq, iz-2 piramidi, u l-imrewha. Il-marc dahal fil-11:30 fejn inharqet musketerija zghira tal-kulur.