L-Erbgħa, 11 ta’ Ġunju 2008

It-Tieni Marc tal-Beland - It-Tlieta 10 ta' Gunju





















L-atmosfera festiva kull ma tmur qed tizdied gewwa z-Zejtun. Minn filghodu bdew jitqeghdu l-vari fuq iz-zuntier u fit-toroq tal-madwar. Illum peress li kienet 'Jum il-Familja' gie jiccelebra quddies l-Arcisqof Pawlu Cremona, fil-knisja parrokkjali.
Illum fit-8:30pm rega' beda t-tieni marc tal-Beland, din id-darba giet iddoqq il-banda mistiedna ta' San Guzepp ta' Hal-Ghaxaq. Il-marc beda miz-zona ta' Gebel San Martin ezattament fi Triq Guzi Abela, imbghad kompli l-mixja f'dawn it-toroq: Triq Dun Guzepp Theuma, Triq Mikiel Busuttil, Triq De Rohan, Triq Gebel San Martin, Triq l-Isqof Ferninand Mattei, Triq Toni Zahra, Wesghat l-Ghajn tal-Bhejjem, Triq San Klement, Misrah il-Bjar, Misrah Bandolier, Triq Sant' Antnin, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor sa ma wasal quddiem il-kazin f'Misrah ir-Repubblika. Illum il-briju fil-marc deher qed jizdied, anke' kien hemm izjed nies fil-pjazza ghal din il-festa. Il-marc dahal fil-11:30 wara li daqqew l-innu ta' Santa Katarina, fost ghajjat u qbiez ta' ferh, biex wara nharqet il-kaxxa minn fuq il-bejt tal-kazin.

No comments: