It-Tlieta, 10 ta’ Ä unju 2008

L-Ewwel Marc tal-Beland - It-Tnejn 9 ta' Gunju, 2008
















Illum bdew il-granet ta' briju u ferh. Waranofsinhar ghall-habta tas-6:00pm numru sew ta' tfal u genituri Zwieten intaqghu fil-knisja ta' San Girgor biex ihejju ruhhom ghall-purcissjoni bl-istatwa z-zghir ta' Santa Katarina. Wara li kantaw 'Happy Birthday' lil Dun Gino, peress li ghalaq sninu, bdiet il-purcissjoni bis-sehem ta' l-iscouts, il-girl guides, l-abbatini, tfal, u nies ohra. Kien hemm atmosfera ta' ferh tul Triq San Girgor kollha, b'hafna tfal kemm subien u bniet jippruvaw imissu x-xorti li jerfghu lasta minn tal-vara fuq spalliethom. Il-purcissjoni baqghat sejra tal-Knisja Parrokkjali, fejn x'hin waslu l-pjazza kienet go domminata bil-kulur ahdar ghall-marc tal-Beland. Wara l-purcissjoni saret quddies ghat-tfal.



Imbghad tard filghaxija kien imiss l-attivitajiet tal-kazini. Fil-kazin taz-Zejtun Band, sar it-'Tigers Party'. Filwaqt illum kien imiss l-ewwel marc tal-Beland ukoll. Illum giet il-banda Santa Katarina taz-Zurrieq, biex tferrah il-partitarji Belandisti. Dan il-marc beda fit-8:30pm fiz-zona tal-Qasam tad-Djar ta' San Girgor. Il-marc beda minn hdejn il-knisja ta' San Girgor u ghadda minn dawn it-toroq: Triq id-Dahla ta' San Tumas, Triq il-Hobbejza, Triq Tursin il-Bir, Triq il-Giebja Rumana, Triq il-Marrubija, Triq Xeht il-Forom, Triq il-Fossa tal-Qamh, Triq il-Giebja Rumana, Triq l-Isqof Emm. Galea, Triq id-Duluri, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor u baqa' sejjer sa Misrah ir-Repubblika quddiem il-Kazin ta' l-Ghaqda Beland. Matul it-triq kollha kien hemm xi nies mixjin mal-marc, izda x'hin wasal Triq Santu Wistin folol kbar ta' nies inghaqdu kkantaw mal-marci u jaqbzu biex joholqu l-briju. Kien hemm diversi sorprizi passati fil-pjazza biex ikompli ssebhu l-atmosfera tal-marc fil-pjazza, fosthom diversi bnadar u bziezaq, iz-2 piramidi, u l-imrewha. Il-marc dahal fil-11:30 fejn inharqet musketerija zghira tal-kulur.

No comments: