Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008

Harsa fil-qasir lejn attivitajiet ghall-Festa 2008

Fid-djar tar-residenti Zwieten qed jasal il-magazin ta' kull sena ''IZ-ZEJTUN'' (li m'ghandu xejn konnessjoni ma' dan il-blog), li hemm miktub fih stejjer interesanti dwar l-avvinmenti li sehhew f'din il-belt. Wiehed jista' isib ukoll l-attivitajiet li ha jsiru kkoncernati mal-Festa 2008. Hawn ha nghatu harsa hafifa lejn l-attivitajiet li hemm f'kull jum tal-festa:

Il-Gimgha 6 ta' Gunju 2008: Jum l-Abbatini, quddies fis-6:30pm. Wara l-quddies ha jkun hemm festin fic-Centru Nazju Falzon ta' Sqaq Bonito, lill-membri ta' din ic-centru. Minn filghaxija sa tard bil-lejl f'Misrah Girgor Bonici, ha jkun hemm spetaklu shih ta' kant, muzika u zfin bit-tema ta' ''Waslet il-Festa'', attivita organizzata mill-Kunsill Lokali u l-Ghaqdiet Zwieten.

Is-Sibt 7 ta' Gunju 2008: Barbikju mill-Ghaqda Beland fit-8:00pm fuq il-bejt tal-kazin.

Il-Hadd 8 ta' Gunju 2008: Quddies fil-kazin taz-Zejtun Band fit-8:00am. Celebrazzjoni tal-Maghmudija fil-Parrocca fid-9:15am. Marc miz-Zejtun Band fl-10:00am. Quddies ghall-benefatturi fil-Parrocca fil-11:00. U fl-12:00 hrug il-vara min-nicca. Fis-6:00 quddies ghall-persuni b'dizabilita fil-parrocca. Fis-7:15pm quddies ghaz-zghazagh u l-adolexxanti f'San Girgor. Fit-8:00pm riceviment mill-Ghaqda Beland ghall-membri u l-ghaqdiet

It-Tnejn 9 ta' Gunju 2008: Fl-4:30pm quddies minn Patri Charles Bugelli fl-okkazzjoni ta' Jum l-Anzjani u l-Morda, gewwa l-knisja parrokkjali; wara l-quddies ikun hemm festin fl-oratorju. Fis-6:00pm it-tfal mistiedna biex jiltaqghu fuq iz-zuntier ta' San Girgor biex jiehdu sehem fil-purcissjoni ta' l-istatwa z-zghira ta' Santa Katarina, mill-knisja l-qadima sal-knisja parrokkjali. Wara fis-6:30 ikun hemm quddies minn Dun Raphael Pace fl-okkazzjoni ta' Jum it-Tfal. Fis-6:30pm ha jibda wkoll kuncert generali miz-zewg ghaqdiet tal-banda. Wara z-Zejtun Band ikollhom it-'Tigers Party' fil-kazin. U l-ghaqda muzikali Beland ikollha l-ewwel marc tal-gimgha mit-8:30pm sal-11:30 miz-zona tal-Qasam San Girgor sa Misrah ir-Repubblika.

It-Tlieta 10 ta' Gunju 2008: bhala ativita f' ''Jum il-Familja'' ha jigi l-Arcisqof Monsinjur Pawlu Cremona qqaddes quddies fil-knisja parrokkjali, fejn wara sa tinaghta tifkira lil dawk li jkunu prezenti. Fis-6:30pm ukoll jibda l-kuncert generali mill-Banda Zejtun, u wara fit-Teatru Pandora jkun hemm il-famuz 'Red Party'. Nhar it-Tlieta sa jkun hemm ukoll it-tieni marc ghall-partitarji Belandisti, dan il-marc sa jghaddi mit-toroq ta' Gebel San Martin.

L-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2008

Ulied iz-Zejtun

Miz-Zejtun hargu hafna nies maghrufa, li taw u ghadhom jaghtu ghajnuna u hila lis-socjeta' Maltija. Hawn ha naghtu harsa lejn x'uhud minn dawn il-personaggi.

*Carmelo Abela: membru parlamentari u deputat-spiker prezenti
*Felicia Abela (1892-1982): omm il-ministru Wistin Abela
*Guzeppi Abela (1753-1816): kmandant tal-battaljun taz-Zejtun
*Dun Joe Abela: kanoku
*Joseph Abela: eks-membru parlamentari
*Mikiel Abela ''Il-Bambinu'': ghannej
*Wistin Abela: eks-ministru Laburista
*Joan Agius: il-vici-sindku prezenti
*Joe Attard: is-sindku prezenti
*Frans Baldacchino ''Il-Budaj'': ghannej
*Gregorio Bonici (1612-1697): hakkiem ta' l-Imdina, abaxxatur u benefattur ta' l-art tal-knisja parrokkjali
*Owen Bonnici: membru parlamentari prezenti
*John Borg (1934-1973): tabib
*Dun Pawl Branchel: l-ewwel kappillan taz-Zejtun
*Luqa Briffa: eroj Malti kien wiehed minn tad-dejma
*Gorg Busuttil (1894-1976): maggur
*Mikiel Busuttil (1762-1831): pittur
*Mikiel Cachia (1760-1839): qalbieni fi zmien il-Francizi u inginier militari
*Alexander Cachia Zammit: tabib, eks-ministru, eks-ambaxxatur ghall-Vatikan u president tal-Banda
*Alfredo Cachia Zammit (1890-1960): politiku, u president ta' l-Ghaqda Beland
*Dun Alwig Camilleri (1776-1849): qasis li fetah l-ewwel skola fiz-Zejtun
*Alfons Cannataci: avukat
*Emanuel Cannataci (1851-1916): tabib
*Pietru Pawl Cannataci: avukat
*Roberto Cannataci Falzon: l-argenitier tal-lampier tal-fidda ta' quddiem l-altar maggur
*Guzeppi Caruana (1899-1964): pittur
*Dun Mikiel Cassar (1873-1912): qasis u kittieb ta' l-innu lil Santa Katarina
*Guzeppina Curmi (1864-1931): ko-fundratrici tas-Sorijiet ta' Gesu' Nazzarenu
*Paolo Curmi: sindku taz-Zejtun fi zmien l-Inglizi
*Hector Dalli (1914-1980): muzicist u surmast tal-Banda
*Karlu Diacono (1876-1942): kompozitur
*Dun Lawrenz Degabriele (1852-1931): arcipriet maghruf ghall-karitajiet
*Dun Gwann Farrugia (1902-1954): qasis, kittieb u arkeologista
*Xandru Farrugia (1791-1871): skultur
*Emmanuele Galea (1891-1974): isqof u propost biex jilhaq beatu
*Anglu Gatt (1796-1875): bennej tar-Rotunda tal-Mosta
*Katarina Gerada: omm l-Isqof Emmanuele Galea
*Frank Ghio (1943-1983): fotografu u xandar fuq ix-Xandir Malta
*Anglu Grima (1893-1961): halas minn butu ghall-bini ta' 'Christus Sacerdos'
*Dun Spir Grixti (1877-1937): qasis u ko-fundatur tal-'Juventutis Domus'
*Sir Antonio Micallef (1810-1889): avukat u president tal-qorti
*Dun Anton Psaila (1847-1920): l-ewwel arcipriet taz-Zejtun
*Ronald Scicluna: l-ewwel sindku taz-Zejtun fl-1994
*Dun Ang Seychele: fundatur ta' Dar Nazareth
*Mikiel Spiteri (1912-1970): prokuratur tal-knisja parrokkjali u direttur tad-Domus
*Dun Gwann Tabone (1808-1894): qasis u predikatur
*George Vella: membru parlamentari prezenti
*Giovanni Vella (1892-1984): kanonku u zeweg lil Perit Dom Mintoff
*Frangisk Xuereb: monsinjur
*Serafin Xuereb (1898-1976): kaptan u benefattur tal-bandoliri tal-bellus tal-Gimgha l-Kbira taz-Zejtun
*Toni Zahra (1894-1961): partitarju Laburista li nqabad fil-glieda polito-religjuza ta' sittinijiet
*Trevor Zahra: awtur ta' diversi kotba tat-tfal u rumanzi

It-Tnejn, 2 ta’ Ġunju 2008

Il-Festa: Gunju 2008

Bejn il-Hadd 8 ta' Gunju u t-Tnejn 16 ta' Gunju fuq dan il-blogg ha jibda jinkteb x'ikun sehh fil-gurnata ta' qabel fiz-Zejtun, rigward il-festa ta' Santa Katarina u l-attivitajiet mill-Ghaqda Muzikali Beland u Banda Zejtun. B'hekk zuruna matul il-gimgha tal-festa, ghal aktar informazzjoni. IL-FESTA T-TAJBA!

Attivitajiet li saru fiz-Zejtun f'Mejju 2008







Is-Sibt 17 ta' Mejju:
Il-komunita' religjuza Ulied il-Qalb ta' Gesu', ghalqu 100 sena fiz-Zejtun. Dan il-mument tant specjali gie mfakar u ccelebrat mill-Arcisqof Pawlu Cremona fil-knisja parrokkjali taz-Zejtun.

Il-Hamis 22 ta' Mejju: saret il-festa tal-Corpus, li l-purcissjoni ghaddiet minn Misrah ir-Repubblika, Triq San Girgor, Triq Santu Wistin, Triq Sant' Antnin, Misrah il-Bandolier, Triq San Gorg, Triq il-Kbira u baqghat sejra sal-Knisja Parrokkjali. Wara l-purcissjoni nghatat il-barka sagramentali.

Il-Gimgha 30 ta' Mejju: saret il-festa tal-Qalb ta' Gesu'. Fis-7.30pm bdiet il-purcissjoni bis-sehem ta' l-abbatini, boy scouts, girl guides, sacerdoti, fratellanzi, l-banda Beland, u raprezentati tal-Banda Zejtun, sorijiet, tfal tal-pracett u l-pubbliku ingenerali. Il-purcissjoni ghaddiet minn Misrah ir-Repubblika, Triq San Girgor, Triq Beland, Triq Luqa Briffa, Misrah Karlu Diacono, Triq il-Madonna tal-Bon Kunsill, sa Misrah Girgor Bonici.

Is-Sibt 31 ta' Mejju: Infetah ghall-ewwel darba l-mahzen il-gdid ta' l-armar fi Triq Santu Wistin (Triq il-Gdida). Dan il-mahzen gie msemmi: Dar Guzeppi u Marija Grech.






Iz-Zejtun - Citta' Beland

Iz-Zejtun, huwa lokal imdaqqas fix-xlokk ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 13,000 ruh. Il-parrocca taz-Zejtun li hija ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra Vergni u Martri, ila tezisti ghal hafna snien, fil-fatt hi wahda mill-ewwel 10 parrocci li kien hawn f'Malta. Mill-parrocca taz-Zejtun, li dak iz-zmien kien maghruf bhala Bisqallin, diversi parrocci ohra, fosthom ta' Hal-Ghaxaq (Santa Marija Assunta), ta' Marsaxlokk (Madonna ta' Pompej), tal-Madonna tal-Grazzja li taghti s-servizz religjuz li lokalitajiet ta' Haz-Zabbar u x-Xghajra, u dik ta' Marsaskala (Wied il-Ghajn) li hi ddedikata lil Sant' Anna.

Iz-Zejtun huwa maghmul minn diversi rhula zghar fosthom: ir-Rahal t'Isfel (Bisqallin) u r-Rahal ta' Fuq (Hal-Bisbut), Bir id-Deheb, Hal-Gwann, Bulebel, Hal-Tmiem, Hal-Bajda, Gebel San Martin, Hajt il-Wied, Ta' Ganza, Ta' San Girgor, San Klement, Gwiedi u Misrah Strejnu.

Qabel il-knisja parrokkjali taz-Zejtun kienet dik li llum maghrufa bhala ta' San Girgor. Izda llum il-gurnata nsibu knisja parrokkjal maestuza li tinsab mibnija fic-centru tar-rahal, f'nofs tliet imsierah: Misrah ir-Repubblika, Misrah Girgor Bonici, u Misrah Dicembru Tlettax.