Fid-djar tar-residenti Zwieten qed jasal il-magazin ta' kull sena ''IZ-ZEJTUN'' (li m'ghandu xejn konnessjoni ma' dan il-blog), li hemm miktub fih stejjer interesanti dwar l-avvinmenti li sehhew f'din il-belt. Wiehed jista' isib ukoll l-attivitajiet li ha jsiru kkoncernati mal-Festa 2008. Hawn ha nghatu harsa hafifa lejn l-attivitajiet li hemm f'kull jum tal-festa:
Il-Gimgha 6 ta' Gunju 2008: Jum l-Abbatini, quddies fis-6:30pm. Wara l-quddies ha jkun hemm festin fic-Centru Nazju Falzon ta' Sqaq Bonito, lill-membri ta' din ic-centru. Minn filghaxija sa tard bil-lejl f'Misrah Girgor Bonici, ha jkun hemm spetaklu shih ta' kant, muzika u zfin bit-tema ta' ''Waslet il-Festa'', attivita organizzata mill-Kunsill Lokali u l-Ghaqdiet Zwieten.
Is-Sibt 7 ta' Gunju 2008: Barbikju mill-Ghaqda Beland fit-8:00pm fuq il-bejt tal-kazin.
Il-Hadd 8 ta' Gunju 2008: Quddies fil-kazin taz-Zejtun Band fit-8:00am. Celebrazzjoni tal-Maghmudija fil-Parrocca fid-9:15am. Marc miz-Zejtun Band fl-10:00am. Quddies ghall-benefatturi fil-Parrocca fil-11:00. U fl-12:00 hrug il-vara min-nicca. Fis-6:00 quddies ghall-persuni b'dizabilita fil-parrocca. Fis-7:15pm quddies ghaz-zghazagh u l-adolexxanti f'San Girgor. Fit-8:00pm riceviment mill-Ghaqda Beland ghall-membri u l-ghaqdiet
It-Tnejn 9 ta' Gunju 2008: Fl-4:30pm quddies minn Patri Charles Bugelli fl-okkazzjoni ta' Jum l-Anzjani u l-Morda, gewwa l-knisja parrokkjali; wara l-quddies ikun hemm festin fl-oratorju. Fis-6:00pm it-tfal mistiedna biex jiltaqghu fuq iz-zuntier ta' San Girgor biex jiehdu sehem fil-purcissjoni ta' l-istatwa z-zghira ta' Santa Katarina, mill-knisja l-qadima sal-knisja parrokkjali. Wara fis-6:30 ikun hemm quddies minn Dun Raphael Pace fl-okkazzjoni ta' Jum it-Tfal. Fis-6:30pm ha jibda wkoll kuncert generali miz-zewg ghaqdiet tal-banda. Wara z-Zejtun Band ikollhom it-'Tigers Party' fil-kazin. U l-ghaqda muzikali Beland ikollha l-ewwel marc tal-gimgha mit-8:30pm sal-11:30 miz-zona tal-Qasam San Girgor sa Misrah ir-Repubblika.
It-Tlieta 10 ta' Gunju 2008: bhala ativita f' ''Jum il-Familja'' ha jigi l-Arcisqof Monsinjur Pawlu Cremona qqaddes quddies fil-knisja parrokkjali, fejn wara sa tinaghta tifkira lil dawk li jkunu prezenti. Fis-6:30pm ukoll jibda l-kuncert generali mill-Banda Zejtun, u wara fit-Teatru Pandora jkun hemm il-famuz 'Red Party'. Nhar it-Tlieta sa jkun hemm ukoll it-tieni marc ghall-partitarji Belandisti, dan il-marc sa jghaddi mit-toroq ta' Gebel San Martin.
Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment