Iz-Zejtun, huwa lokal imdaqqas fix-xlokk ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 13,000 ruh. Il-parrocca taz-Zejtun li hija ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra Vergni u Martri, ila tezisti ghal hafna snien, fil-fatt hi wahda mill-ewwel 10 parrocci li kien hawn f'Malta. Mill-parrocca taz-Zejtun, li dak iz-zmien kien maghruf bhala Bisqallin, diversi parrocci ohra, fosthom ta' Hal-Ghaxaq (Santa Marija Assunta), ta' Marsaxlokk (Madonna ta' Pompej), tal-Madonna tal-Grazzja li taghti s-servizz religjuz li lokalitajiet ta' Haz-Zabbar u x-Xghajra, u dik ta' Marsaskala (Wied il-Ghajn) li hi ddedikata lil Sant' Anna.
Iz-Zejtun huwa maghmul minn diversi rhula zghar fosthom: ir-Rahal t'Isfel (Bisqallin) u r-Rahal ta' Fuq (Hal-Bisbut), Bir id-Deheb, Hal-Gwann, Bulebel, Hal-Tmiem, Hal-Bajda, Gebel San Martin, Hajt il-Wied, Ta' Ganza, Ta' San Girgor, San Klement, Gwiedi u Misrah Strejnu.
Qabel il-knisja parrokkjali taz-Zejtun kienet dik li llum maghrufa bhala ta' San Girgor. Izda llum il-gurnata nsibu knisja parrokkjal maestuza li tinsab mibnija fic-centru tar-rahal, f'nofs tliet imsierah: Misrah ir-Repubblika, Misrah Girgor Bonici, u Misrah Dicembru Tlettax.
It-Tnejn, 2 ta’ Ä unju 2008
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment