Mil-lum bdiet ufficcjali l-gimgha ta' festi fiz-Zejtun. Filghodu dehru pperpru bnadar mill-isbah fuq il-bjut tad-djar u kazini. Il-qofol ta' kollox illum kien il-hrug min-nicca tal-vara ta' Santa Katarina Vergni u Martri ta' Lixandra.
Din il-gurnata bdiet billi fid-9:15am kien hemm celebrazzjoni tal-maghmudija fil-knisja parrokkjali. Kif ukoll saret quddies fil-kazin tal-Banda Zejtun, u wara sar marc mill-istess banda fin-naha ta' fuq tar-rahal, fosthom Triq Luqa Briffa u Triq Santa Monika saz-zuntier. Biex b'hekk wara quddiesa f'gieh il-benefatturi tal-parrocca, giet milqugha l-vara ta' Santa Katarina fuq iz-zuntier, mill-Banda Zejtun, il-partitarji tal-Homor u l-Beland, l-Ghaqda ta' l-Armar 25 ta' Novembru, u l-poplu kollhu Zejtuni. Il-vara harget mill-bieb tal-knisja ghall-habta ta' nofsinhar, fejn giet milqghuha minn kaxxa infernali mill-kazin Beland u kaxxa bil-beraq mill-Ghaqda tan-Nar 25 ta' Novembru. Il-festa bdiet permezz ta' talba mill-Arcipriet Dun Eric Overend. U wara li dahlet il-vara fil-knisja il-poplu Zejtuni dahal ikompli ffahhar lil din il-qaddisa tant ghazieza maz-Zwieten.
No comments:
Post a Comment